Kultura Lokali

‘Impression’ – Wirja mill-istudenti tal-Università

‘Impression’ hija wirja ta’ proġetti diġitali mill-Istudenti tad-Digital Arts fl-Università ta’ Malta.

Bħalissa, 21 student, li se jigradwaw bil-Baċellerat fil-Fine Arts in Digital Arts qed jippreżentaw proġetti differenti ta’ arti diġitali li jinkludu ‘Graphic Design’, Animazzjoni, Fotografija, ‘Videography’, ‘3D Graphics’, u aktar.

L-esebizzjoni qed issir fl-Università bejn il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju u s-Sibt 21 ta’ Mejju.

Matul l-attività tat-tnedija uffiċjali tkellimna mal-kordinatriċi tal-esebizzjoni u waħda mill-istudenti Amy Grech Pirotta.

Preżenti matul din l-attività kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Arti u l-Kultura, Julie Zahra.