Lokali Qorti

Konferma mill-espert tal-Qorti u t-tobba li Rita Ellul mietet fgata

Hekk kif il-proċeduri fil-konfront ta’ Lawrence Abina, mixli bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu Rita Ellul f’Għawdex jinsabu riesqa lejn tmiemhom, Dr. Mario Scerri u tobba li wettqu l-awtopsja fuq il-mara kkonfermaw li l-kawża tal-mewt kienet li f’termini mediċi tissejjaħ asfissja. F’kelma waħda li xi ħadd fega lill-vittma biex qatilha.

It-tabib Mario Scerri li kien qed jixhed fil-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qal li l-meta mar biex jagħmel valutazzjoni ta’ dak li ġara, raha li l-mara kienet liebsa tracksuit u saqajha kienu miksija bi quilt. “Laqatni li l-kamra tal-appartament kienet kiesħa u minkejja dan kienet liebsa tracksuit biss”, qal ix-xhud.

Kompla jgħid li katavru kien tagħha kien intbagħat Malta fejn minn xhieda tiegħu u anke tat-tobba Ali Sarfraz u Olaph Woods ħareġ li mill-awtopsja nstab tbenġil fuq il-katavru li huma tbenġil li ffurmaw ftit jiem jew jista’ jkun anke sigħat wara l-inċident.

Hija kellha wkoll tbenġil madwar għajnejha tal-lemin, madwar għonqha. Dawn saru permezz ta’ daqqa qawwija. Konklużjoni finali hija li Rita Ellul mietet kaġun ta’ asfissija minħabba pressjoni fuq l-għonq. It-tbenġil kien ikkawżat ftit tal-ħin qabel ma mietet u mhux jiem qabel.

Dr Olaph Woods u Dr Sarfraz Ali li xehedu b’mod konġunt kkonfermajna s-sejbiet tal-ewwel awtopsja li Rita Ellul mietet bl-asfissija minhabba pressjoni qawwija fuq l-għonq. Abina ta’ 30 sena mill-Ghana jinsab mixli bil-qtil ta’ Rita Ellul ta’ 49 sena fis-26 ta’ Frar li għadda.

Ellul instabet mejta ġewwa Għajnsielem, f’ appartament fi Triq Dun Frangisk Mizzi. Abina qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Ellul u Abina kienu f’relazzjoni u Ellul ta’ spiss kienet taqsam għal Għawdex biex tqatta’ ħin fl-appartament tiegħu,

Kien Abina stess li ċempel lill-112 fis-26 ta’ Frar, għal għajuna fejn qalilhom li sabha mejta fis-sodda mal-wasla tiegħu mix-xogħol. Skont il-prosekuzzjoni huwa kien ammetta mal-Pulizija fid-depot li qatel lil Ellul. Il-ħin tal-mewt ta’ Ellul kien għall-ħabta tas-7am. Il-katavru ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar testijiet li kkonfermaw il-konklużjonijiet tal-ewwel awtopsja, li tat bidu għal investigazzjoni ta’ omiċidju b’mod sħiħ. 

Il-każ ikompli fl-24 ta’ Ġunju li ġej. L-Avukat Joseph Grech qed jidher għal Abina. L-avukati Anthony Vella u Nathanial Falzon mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali u l-ispetturi Kurt Zahra, Josef Gauci u Wayne Camilleri qed imexxu l-prosekuzzjoni L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qed jidhru bħala parte civile f’isem il-familja tal-vittma.

Community Verified icon

Iftaħ f’Google Translate