Futbol Sport

Patrick Vieira investigat dwar l-inċident f’Goodison Park

Il-kowċ ta’ Crystal Palace Patrick Vieira qed ikun investigat wara li deher iħebb għall-partitarju wara t-telfa kontra Everton f’Goodison Park. Il-partitarji ta’ Everton qabżu fil-ground mat-tisfira finali wara li żammew posthom fil-Premier League, b’xi persuni dehru qed jinsulentaw lil Vieira. Min-naħa tiegħu il-Franiż deher jirreaġixxi u xejjer saqajh lejn partiarju fi triqtu lejn id-dressing rooms. Intant dan huw t-tieni inċident ta’ dan it-tip li kien hemm fil-futbol INgliż fl-aħaħr ġimgħa, wara li fis-semi finali tal-playoff taċ-Championship bejn Nottingham Forest u Sheffield United, partitarji ta’ Nottingham Forest qabżu fil-ground u attakkaw lil player Billy Sharp.