Tħabbret il-mewt tal-eks president ta’ Birkirkara Joe Gauci li għal snin twak serva fil-futbol Malti. Ma’ Birkirkara Gauci okkupa wkoll il-kariga ta’ Viċi President filwaqt li kien ukoll membru tal-Eżekuttiv tal-MFA. Hu serva wkoll bħala konsulent għal President Norman Darmanin Demajo filwaqt li offra dan is-servizz ukoll lil President attwali, Bjorn Vassallo. Net News jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb ta’ Joe Gauci, filwaqt li jsellem il-memorja tiegħu.
//= $special ?>Titħabbar il-mewt tal-eks president ta’ Birkirkara Joe Gauci
