Nitkellmu issa dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID f’Malta hekk kif fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra fatalità kawża ta’ dan il-virus bit-total ta’ vittmi fil-Gżejjer Maltin jiżdiedu għal 717.
Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt instabu 73 każ ġdid pozittiv, fiequ 167 persuna oħra u n-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 1,920.
Intant it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni.
//= $special ?>