“Kemm hu importanti li poplu Malti jiċċelebra l-argikultura ta’ pajjiżna”
Hekk stqarr il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina meta s-Sibt filgħodu żar l-AgriFair, fiera bl-għan li l-poplu Malti u Għawdxi jesperjenza u jitgħallem dwar x’jinvolvi xogħol il-bdiewa u sajjieda lokali.

Toni Bezzina insista dwar l-importanza li jiġu organizzati aktar avvenimenti bħal dawn.
Id-Deputat Nazzjonalista saħaq li minkejja li anke fis-snin preċedenti il-PN imbotta l-importanza tal-agrikultura Maltija, fiż-żminijiet li qiegħdin ngħixu illum, partikolarment fl-inċertezza dinjija dwar l-iskarsezza tal-ikel kawża tal-gwerra fl-Ukrajna, huwa importanti aktar minn qatt qabel li l-Gvern Malti jinvesti serjament fil-prodott lokali bil-għan li kemm jista jkun nsiru poplu aktar indipendenti u nipproduċu l-ikel neċessarju għaċ-ċittadini tagħna.

Toni Bezzina sostna li avvenimenti bħal dawn huma ferm importanti kemm biex jitgħallem il-poplu Malti, kif ukoll biex jitgħallmu it-tfal li fil-futur jistgħu jkunu interessati li jagħżlu karriera f’dan il-qasam.
