Il-ġustizzja f’Malta qed timxi b’pass ta’ bebbuxu.
Dan hekk kif ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea urew biċ-ċar li fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea l-Qrati Maltin huma l-aktar li qed ikaxkru passejhom rigward każijiet ta’ ħasil ta’ flus.
Din hija t-tielet sena konsekuttiva fejn il-Qrati Maltin spiċċaw f’din il-pożizzjoni.
Dan ir-rapport wera li l-Qrati Maltin sal-2019 kienu jdumu medja ta’ 1,200 jum sabiex jagħlqu każijiet ta’ ħasil ta’ flus.
Bejn l-2018 u l-2019, id-dewmien kien ilaħħaq mal-2,200 jum. Madanakollu, iċ-ċfri tal-għall-2020 u l-2021 ma kienux inklużi.
Dan id-dewmien kollu f’każijiet bħal dawn mhux l-ewwel darba li kien kkritikat mill-awtoritajiet Ewropej – bil-Kummissjoni tisħaq li dan il-fatt huwa ta’ tħassib serju.
Id-dewmien tal-Qrati inhassu ukoll f’każijiet amministrattivi. Dan hekk kif il-ġustizzja f’pajjiżna hija l-aktar kajmana fost l-istati membri…b’900 ġurnata sabiex tagħlaq każ. Dan filwaqt li s-sistema ġudizzjarja Maltija hija l-aktar waħda li qed timxi bil-mod ukoll f’każijiet ta’ liġi tal-kompetizzjoni….bi 3,400 jum biex tagħlaq każ – ekwivalenti għal aktar minn 9 snin.
F’reazzjoni għal dan ir-riżultat, il-Gvern Malti pprova jixħet dan id-dewmien kollu fuq il-pandemija tal-Covid-19…fejn spjega li l-Qrati kienu magħluqin waqt il-pandemija. Iżda l-verita hi….li iċ-ċifri rigward il-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu marbuta mal-2019; sena qabel faqqghet il-pandemija.
//= $special ?>