It-talba tal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky fil-Parlament Malti sabiex il-Gvern ma jħallix lir-Russi jabbużaw mil-iskema Maltija għall-bejgħ tal-passaporti, donnha waqgħet fuq widnejn torox.
Dan hekk kif rapport mill-Eurostat, l-Uffiċju responsabbli mill-istatistika fl-Unjoni Ewropeja, irraporta kif 15% tal-passaporti kollha mibjugħa minn pajjiżna lil ċittadini barra minn xtutna… kienu mibjugħa propju lill-oligarki Russi.
Ikkumparati ma’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti spiċċa fl-ewwel post, bħala l-pajjiż li biegħ passaporti liċ-ċittadini Russi, b’15% tal-bejgħ totali ta’ ċittadinanzi Maltin.
Esperti u kummentaturi politiċi qed jgħidu illi din – probabbilment – hija spejagazjoni ċara għaliex il-Gvern Malti dam daqshekk biex jirrejaġixxi għall-invażjoni Russa fl-Ukrajna u kaxkar saqajh biex waqqaf il-bejgħ tal-passaporti liċ-ċittadini Russi. Bil-Gvern ta’ Robert Abela jidher li kien kuntent jkompli jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna b’dan il-mod.
//= $special ?>