Internazzjonali

L-Awstralja: Il-Prim Ministru Morrison jitlef l-elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru tal-Awstralja, Scott Morrison, tilef il-poter skont ma kkonfermaw ir-riżultati tal-elezzjoni ġenerali f’pajjiżu. Dan ifisser ukoll li l-Awstralja eleġġeit lill-ewwel Gvern Laburista fi kważi għaxar snin. L-ewwel kalkoli tal-osservaturi u l-istazzjonijiet televiżivi fl-Awstralja, b’hekk, qegħdin jindikaw bidla imminenti ta’ politika għall-Awstraljani u li kapaċi tkun karatterizzata bir-riformi li jolqtu direttament liċ-ċittadin.

Morrison ikkonċeda t-telfa u feraħ lil Anthony Albanese għar-rebħa li kiseb. Albanese, se jkun qed jiret ekonomija b’qgħad baxx rekord għal dan il-pajjiż. Huwa wiegħed li jżid il-pagi għall-ħaddiema, itejjeb ix-xibka tas-sigurtà soċjali u jagħmel aktar biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima f’nazzjon li jesporta aktar fjuwils fossili minn kwalunkwe pajjiż minbarra r-Russja u l-Għarabja Sawdija. Minkejja kollox din ma kinitx xi rebħa kbira għal-Laburisti.

Il-partit rebaħ biss madwar 31.7% tal-voti primarji fuq l-aħħar għadd, li huwa l-agħar riżultat f’għexieren ta’ snin u l-inqas marġni għal gvern li ġej mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan ifisser li fl-età ta’ 59 sena kiseb it-tmexxija ta’ pajjiżu wara li għal 3 xhur lura fl-2013 kien serva bħala Deputat Prim Ministru. Dan kollu wara tlett snin tmexxija ta’ Scott Morrison.