Colin Schembri
Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa – FINALI
Caffè Moak Luxol 68
Hibernians 56
(16-6)(17-30)(25-12)(10-8)
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, V. Selvaggi, S. Pace 12, M. Mercieca, F. Camilleri, H. Galea, P. Marcal 27, A. Borg, P. Ellul 4, M. Camilleri, J. Diaby 17, A. Fenech Pace 8.
Hibernians: E. Farrugia, K. Conti, I. Agius, Y. Bonett 5, A. Van Vliet 7, S. Brincat 4, J. Abela 3, C. Camilleri, K. Jenkins 23, N. Farrugia, K. Caruana 14, J. Dabic
Referees: Gordon Barbara, Kamil Dworniczak, Nicky Azzopardi
Caffè Moak Luxol huma c-champions il-ġodda tal-basketball femminili. L-aħħar li Luxol rebħu l-kampjonat kien fl-2016-2017 fejn fuq il-bank kellhom lill-istess persuna li wasslithom għas-suċċess ta’ dan l-istaġun – Santino Coppa. Il-mertu ta’ Coppa f’dan is-suċċess huwa evidenti flimkien mal-players kollha, uħud veterani u uħud debuttanti żgħażagħ. Magħhom kien hemm l-inklużjoni tal-Brażiljana Palmira Marcal li fost l-oħrajn ħadet sehem fil-logħob Olimpiku tal-2016 mat-team nazzjonali Brażiljan u kella sehem qawwi f’dan ir-rebħ tal-kampjonat. Sal-bidu tal-ħames round, Luxol kienu għadhom rebħa ‘l bogħod minn post fil-play-offs però ġaladarba għaddew, huma eleminaw lil Starlites biex waslu sal-finali. Qabel bdiet il-finali kellhom it-telfa tat-tazza Louis Borg kontra l-istess Starlites u bdew il-finali b’telfa però rebħu b’mod sorprendenti it-tlett logħbiet ta wara.
Hibs, spiċċaw l-istaġun b’żewġ tazzi, s-shield u n-knock-out però żgur li huwa ta’ diżappunt għalijhom li ma rebħux il-kampjonat fejn fuq il-karta dehru bħala l-aktar team favorit. Kuntrarju għal li ġara fil-partiti preċedenti, din id-darba kienu Luxol li kellhom l-aqwa bidu tal-partita. Fil-fatt huma ddominaw l-ewwel taqsima fejn wara li basket ta’ Kenyotta Jenkins poġġa lil Hibs fuq quddiem 4-2, il-vjola kellhom run ta’ 14-2. Huma kellhom fost l-oħrajn żewġ trippli ta’ Marcal u l-punti ta’ Josephine Diaby, Sarah Pace u Anna Fenech Pace biex temmew l-ewwel sessjoni 16-6 minn fuq. Fit-tieni taqsima, trippla oħra ta’ Marcal tathom vantaġġ massimu ta’ 13 -il punt 24-11. Hawn il-coach ta’ Hibs għamel xi sostituzzjonijiet u dawn ħallew il-frott mixtieq hekk kif il-Pawlisti għamlu run ta’ 12-2 fosthom trippla ta’ Kirsty Caruana u punti minn Jenkins u Ylenia Bonett u naqqsu d-distakk għal 3 punti. Wara li Luxol irkupraw xi ftit permezz ta’ Marcal u Diaby, Hibs għamlu run oħra ta’ 9-2 u marru fuq quddiem 35-31. Huma żammew il-vantaġġ sal-halftime 36-33.
Fit-tielet sessjoni, Ashleigh Van Vliet għamlet ir-raba’ foul u kellha tinbidel. Kif ġralhom fil-partiti ta’ qabel, Hibs sofrew ir-rimonta ta’ Luxol f’din is-sessjoni fosthom b’runs ta’ 10-0 u 7-0. Marcal kompliet tkun il-protaginista tal-vjola bi tlett trippli oħra flimkien ma’ Fenech Pace u Paula Ellul għal skor ta’ 58-48. Fl-aħħar taqsima, Hibs tħabtu però d-difiża ta’ Luxol, minn dejjem l-aqwa arma ta’ Coppa, kienet attenta. Luxol bdew bil-punti ta’ Diaby u Pace bil-Hibs iwieġbu bi trippla ta’ Van Vliet. Minkejja dan, Luxol baqgħu fil-kontroll u punti minn Ellul għalqulhom il-partita fost il-ferħ enormi tal-players sħabha hekk kif Luxol rebħu l-partita 68-56 u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita, is-Sur Michael Galea, Develpment Officer Mapfre MSV Life flimnkien mal-president tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw il-medalji lir-rebbieħa u l-unur tal-MVP lil player ta’ Luxol Palmira Marcal. Il-captain Antoinette Borg għolliet it-trofew ta’ Champions fost il-ferħ tal-players, partitarji u diriġenti tal-club ta’ Luxol.
//= $special ?>