“Kemm hu sabih li mill-ġdid erġajna bdejna naraw l-ispontanjeta fil-kostumi”. Hekk stqarr ma’ Net News, is-Sindku tan-Nadur Edward Said wara li l-Ġimgħa filgħaxija, mill-ġdid, beda jiġi iċċelebrat il-Karnival fin-Nadur.

Edward Said kompla biex jgħidilnha kif wara sentejn ta’ pandemija, il-Ġimgħa filgħaxija kien sinjal ċar li l-ħajja rritornat għan-normal bin-nies fl-aħħar jibdew joħorġu minn djarhom u jiċċelebraw avvenimenti tal-massa bħal-Karnival tan-Nadur.

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur saħaq li jinsabu ferm kuntenti bl-ispontanjeta tal-kostumi li ħarġu fl-ewwel ġurnata ta’ ċelebrar tal-Karnival. Dan hekk kif il-Kunsill Lokali jorganizza hu stess il-Karnival tan-Nadur billi jorganizza s-sound, l-iġene u s-sigurta għal dawk li jattendu dan il-festin.

Il-Festin tal-Karnival fin-Nadur jkompli llejla, fejn il-Kunsill tan-Nadur qiegħed mill-ġdid jistieden lin-nies għal-Karnival tan-Nadur.