Sport Waterpolo

Statistika: In-numri marbuta mar-ritorn tal-Kampjonat tax-Xitwa

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Artiklu: Stewart Said

Wara li għal sentejn il-Kampjonat tax-Xitwa ma kienx possibbli li jiġi organizzat minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-ġimgħa l-oħra ntemmew b’suċċess iż-żewġ kampjonati li baqgħu indeċiżi sal-aħħar. Fil-Kampjonat Premier, Sliema Frank Salt ħarġu rebbieħa wara li għelbu lil San Ġiljan Mercury Towers bl-għoti tal-penalties f’decider eċċitanti. Marsaskala Fish and Fish rebħu l-Ewwel Diviżjoni b’decider ukoll iżda kontra Valletta Izibet.

Il-format tal-kompetizzjoni ra lit-timijiet jinqasmu f’żewġ gruppi u fit-tmiem tagħhom, l-ewwel tlieta minn kull grupp komplew fil-Kampjonat Premier u l-ħames timijiet l-oħra komplew fl-Ewwel Diviżjoni. Il-konfronti tal-Fażi Preliminari bejn it-timijiet li komplew fl-istess diviżjoni baqgħu jgħoddu.

Fil-Kampjonat Premier, Sliema u San Ġiljan rebħu l-logħbiet kollha kontra l-avversarji tagħhom, bl-uniċi telfiet li sofrew kienu kontra xulxin. L-istess ġara fl-Ewwel Diviżjoni, b’Marsaskala u Valletta jiddominaw. Dawn huma uħud min-numri li kkaratterizzaw din l-edizzjoni tal-Kampjonat tax-Xitwa.

In-numri marbuta mar-ritorn tal-Kampjonat tax-Xitwa

1 – Sliema hu l-anqas tim li tilef logħbiet

2 – Iż-żewġ kampjonati kellhom jiġu deċiżi permezz ta’ deciders

4 – Nikolai Zammit, Dino Zammit (Kampjonat Premier), Elijah Schembri u Luke Grech Carr (I Diviżjoni) huma l-uniċi plejers li skorjaw f’kull logħba tal-kampjonat

6 – Huma biss 6% tal-logħbiet li spiċċaw draw. Fosthom tispikka d-decider għar-rebħ tal-Kampjonat Premier

7 – Ir-referees Maltin li kkontrollaw il-logħbiet f’din l-edizzjoni

8 – Jayden Cutajar ta’ Sliema u Ben Plumpton ta’ San Ġiljan huma l-plejers li skorjaw l-aktar f’logħba waħda

9 – Ir-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa kien id-disa’ wieħed fl-istorja ta’ Sliema

11 – F’din l-edizzjoni ħadu sehem 11-il tim. Jispikka fosthom ir-ritorn fil-waterpolo lokali ta’ Barracudas

14 – San Ġiljan, Sirens u Valletta huma l-aktar timijiet li l-gowls tagħhom waslu minn plejers differenti

24 – Peter Balzan hu l-aktar referee li kkontrolla logħbiet

26 Din l-edizzjoni kienet is-26 waħda tal-Kampjonat tax-Xitwa

33 – Sliema kisbu l-ikbar rebħa f’din l-edizzjoni kontra Barracudas bl-iskor ta’ 34-1

35 – Sliema v Barracudas kienet il-logħba bl-akbar ammont ta’ gowls skorjati

f’logħba waħda

36 – Dino Zammit hu l-aktar plejer li skorja mil-logħbiet kollha f’din l-edizzjoni

54 – It-total ta’ plejers li skorjaw tal-anqas 10 gowls

55 – Total ta’ 55.2% tal-logħbiet milgħuba spiċċaw b’differenza ta’ aktar minn ħames gowls bejn ir-rebbieħ u t-tellief

67 – it-total ta’ logħbiet li ntlagħbu. Inkluża Otters v Neptunes li Neptunes ingħataw rebħa ta’ 5-0 minħabba walk-over ta’ Otters

71 – Il-ġranet mill-ewwel sal-aħħar logħba f’din l-edizzjoni

134 – It-total ta’ plejers li sabu x-xibka tul il-Kampjonat tax-Xitwa

183 – Sliema huma l-aktar tim li skorja gowls fost il-logħbiet tal-Fażi Preliminari, il-Kampjonat Premier u d-decider

1239 – L-ammont ta’ gowls skorjati tul din l-edizzjoni

L-aqwa skorers tal-Kampjonat Premier

Nikolai Zammit    San Ġiljan   30 gowl

Dino Zammit        Sliema         29 gowl

Matthew Zammit  San Ġiljan   27 gowl

*jinkludu biss l-għaxar logħbiet tal-Kampjonat Premier

L-aqwa skorers tal-Ewwel Diviżjoni

Elijah Schembri    Ta’ Xbiex    30 gowl

David Pace Lupi   Marsaskala  23 gowl

Edward Aquilina   Ta’ Xbiex    23 gowl

*Il-logħbiet jinkludu t-tmien logħbiet tal-Ewwel Diviżjoni

L-aqwa skorers mil-logħbiet kollha

Dino Zammit        Sliema         36 gowl

Nikolai Zammit    San Ġiljan   33 gowl

Matthew Zammit  San Ġiljan   30 gowl

Max Aquilina       Exiles          30 gowl

Eljiah Schembri    Ta’ Xbiex    30 gowl

*Il-logħbiet jinkludu l-Fażi Preliminari, il-logħbiet tal-Kampjonat u d-deciders

**Eljiah Schembri lagħab fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni