Coronavirus Lokali Saħħa

61 każ ġdid ta’ Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 61 każ ġdid ta’ Covid-19, fiequ 146 persuna oħra u n-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 1,835.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd ma miet ħadd bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi huwa ta’ 717.

Intant it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni.