Kenneth Vella
Misjuq minn Ivan Stivala, il-Franċiż Caid De Bengale rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din it-tiġrija għamlet parti mis-27 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Velten Limelight (Cliferty Calleja) kien l-aktar wieħed veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali. Dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Brin De Noblesse (Tony Tanti) u Classic Haufor (Paul Galea). Madankollu, iż-żiemel ta’ Calleja beda jnaqqas mill-pass madwar 300m mil-linja finali. Eventwalment dan inqabeż minn Caid De Bengale (Ivan Stivala) li rreġistra l-ewwel rebħa staġjonali wara li fl-aħħar metri ġab fix-xejn l-isfida ta’ Jefferson Dotcom (Rodney Gatt). Aktar tard il-ġurija skwalifikat ukoll liż-żiemel ta’ Gatt biex Velten Limelight ingħata t-tieni post minn Cutty Sark (Eman Attard) u Dzarof De Guez (Cherise Farrugia). Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.16.8” fil-kilometru.
Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold fuq l-istess distanza. Fl-ewwel waħda, Ami (Noel Baldacchino), li mar quddiem 700 metru mit-tmiem ċeda kollox fid-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Caid De Laprelle (Paul Galea) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta mid-debuttant Belġjan Kadabra Bolets (Kurt Saliba). Ami kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Gringo Boko (Charles Camilleri).
It-tieni tiġrija mill-istess kategorija kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Colvert d’Herfraie (Noel Baldacchino) u Casino d’Ourville (Rodney Gatt) li okkupa l-ewwel post għal parti sostanzjali tad-distanza. Finalment kien iż-żiemel ta’ Baldacchino li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna b’Xceed G.T. (Clint Vassallo) u Deal On Line (Paul Galea) isegwuhom f’dik l-ordni.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Giminy Cricket (H. McKay) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Artiste d’Alice (J. Bowell) 3. Gitane Gemini (Ch. Grech) 4. Flexy Vert (R. Gatt)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Aubrac Du Rob (J. Cassar) Ħin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Faste De Chenu (R. Magro) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Cubana (J. Gaffarena)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Iris Baldwin (K. Galea) Ħin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Iris Baldwin (K. Galea) 3. Tyra I.H. (D. Bugeja) 4. Elvis Des Pignes (A. Cassar)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Ħin – 3.23.1” (1.16.9”) 2. Queenswood (G. Attard) 3. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) 4. Midnight Passion (E. Bezzina)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bijou d’Aure (C. Camilleri) Ħin – 3.24.4” (1.17.4”) 2. Ckenoby Poncelet (K. Saliba) 3. Diana Jiel (P. Galea) 4. Mind Your Face (D. Grima)
VI Tiġrija. Gold. Dist – 2640m. 1. Caid De Laprelle (P. Galea) Ħin – 3.20.7” (1.16”) 2. Kadabra Bolets (K. Saliba) 3. Ami (N. Baldacchino) 4. Gringo Boko (C. Camilleri)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Defi Du Theys (R. Magro) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Boom Boom Becker (G. Muscat) 3. Aruns Des Jacquets (C. Vassallo) 4. Judge Reo (J. Scerri)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Caid De Bengale (I. Stivala) Ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Velten Limelight (C. Calleja) 3. Cutty Sark (E. Attard) 4. Dzarof De Guez (Cherise Farrugia)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Colvert D’Herfraie (N. Baldacchino) Ħin – 3.19.4” (1.15.5”) 2. Casino d’Ourville (R. Gatt) 3. Xceed G.T. (C. Vassallo) 4. Deal On Line (P. Galea)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ego De Vandel (C. Vassallo) Ħin – 3.25.8” (1.17.9”) 2. Iglesias Boshoeve (R. Gatt) 3. Bonbon Bleu (J.C. Pace) 4. Ramon Dekkers (W. Galea)
//= $special ?>