Sport Sport Ieħor

Floyd Mayweather bi ġlieda ta’ esebizzjoni f’Abu Dhabi

F’Abu Dhabi – Wieħed mill-aqwa boxers ta’ kull żmien Floyd Mayweather żfen u għamel li ried fi ġlieda kontra l- sparring partner tiegħu llum irtirat Don Moore . L-eks-champion tad-dinja tal-welterweight, liebes il-kuluri tal-Emirati Għarab Magħquda, tkellem direttament mal-kameras u tkellem mar-referee matul il-ġlieda li kienet litteralment waħda ta’ esibizzjoni. Kienet it-tielet dehra fir-ring minn Mayweather li ta’ 45 sena irtira mill-boxing professjonali b’rekord bla preċedent ta’ 50 rebħa bla telfa wara li għeleb lill-Conor McGregor fl-2017.

L-eks champion tad-dinja tal-welterweight iddomina lill-Logan Paul f’Ġunju li għadda u għeleb lill-kickboxer Ġappuniż Tenshin Nasukawa b’ Knock Out tekniku f’żewġ minuti biss f’Diċembru 2018. Iż-żewġ ġlied kienu kkroitikati għal mod redikolu kif saru . Moore, li wkoll irtira bla telfa iżda l-aħħar li ġġieled kien fl-2016, irnexxielu jevita knock-out minkejja li twaqqa għal għarkopptejh fl-aħħar round. Mayweather kienet qed tipprepara biex tiġġieled kontra Moore il-ġimgħa li għaddiet qabel ma l-Emirati Għarab Magħquda daħlu f’luttu għall-mewt tal-president Sheikh Khalifa bin Zayed Al Nahyan.