Il-president tal-La Liga Javier Tebas qal li l-kuntratt ta’ Kylian Mbappe hu insult għal futbol u skandaluż. Is-Sibt Mbappe ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ PSG bi tliet snin minkejja li kien viċin li jiffirma ma’ Real Madrid. Mbappe iffirma kuntratt li b’salarju ta’ $5 miljun fix-xahar, fejn se jkun qed jieħu s-somma ta’ $100 miljun bħala ‘signing on fee’.
Intant Mbappe se jkollu sehem ukoll fid-deċiżjonijiet ta’ min se jinħatar bħala coach kif ukoll dwar trasferimenti ta’ players. Il-president tal-La Liga Tebas qal li PSG huma perikolużi għall-futbol daqs is-Super League, wara li dawn ilhom għall-aħħar snin jiddikaraw li qed joperaw b’telf ta’ €700 miljun, filwaqt li għandhom aktar minn €600 miljun f’salarji.
//= $special ?>