Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorikament l-istorja ppublikata fil-gazzetta Illum fejn qed tisħaq li d-dejn tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sentejn żdied bi tmien miljun ewro.
Il-Partit Nazzjonalista jisħaq li ċ-ċifra ta’ €24 miljun kwotata mill-gazzetta hi biss id-dejn tal-Partit Nazzjonalista. L-ammont imsemmi mill-Kap tal-Partit Nazzjonalist kien jinkludi d-dejn akkumulattiv, jiġifieri dak tal-Partit Nazzjonalista u l-kumpanji tiegħu.
Meta lahaq Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech minkejja id-diffikultajiet finanzjarji li sab, żamm id-dejn tal-Partit Nazzjonalista kostanti, minkejja li kien hemm elezzjoni generali u mingħajr ma biegħ każin.
Fid-diskors fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali Bernard Grech kellu l-kuraġġ li jgħid il-veritá kollha u poġġa l-karti kollha fuq il-mejda, biex din il-problema li ilha tikber matul ħafna snin ma tibqax mażra m’għonq il-Partit. Hu għalhekk li saħaq li hemm bżonn deċiżjonijiet għaqlin li jwasslu biex din il-problema tiġi kkontrollata u solvuta fl-inqas żmien possibli.
//= $special ?>