Il-President Polakk Andrzej Duda għamel żjara mhux mistennija fl-Ukrajna fejn huwa mistenni jindirizza l-Parlament tal-Ukrajna l-Ħadd. L-aħħar darba li l-President tal-Polonja żar l-Ukrajna kien ft-13 t’ April li għadda.
Il-Polakki qed jagħtu appoġġ kbir lill-Ukrajna fil-Gwerra kontra r-Russja fejn qed jibgħatu ammont ta’ provvisti tal-ikel u diġà laqgħu miljuni ta’ refuġjati Ukreni mill-bidu tal-gwerra ‘l hawn. Il-Polonja wkoll qed tagħti appoġġ għad-dħul tal-pajjiż ġar tagħha fl-Unjoni Ewropea.
Intant, matul il-lejl kompla l-attakki tar-Russi fuq it-territorju Ukren. Bis-suldati tal-Kremlin javvanzaw kemm mil-Lvant u anki min-nofsinhar tal-Ukrajna.
//= $special ?>