Sport Sport Ieħor

Ir-rebbieħa fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali fis-26 programm

Illum,   mit-3.20 pm ‘l quddiem fuq NetTV jixxandar is-26 programm ‘Sport Extra’ fejn il-programm huwa it-tieni minn serje b’rabta ma’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ TENISHIA THORNTON rebbieħa għat-tieni sena konsekuttiv tal-kategorija ‘Atleta Żagħżugħa tas-Sena’. Intervista wkoll ma’ SUE ABELA li għas-sitt darba mill—1991 rebħet il-kategorija ‘ Sportiva tas-Sena’.

Fit-tieni parti tal-programm apparti siltiet mis-serata finali, intervista mal-Isportiv tas-Sena , l-għawwiem NEIL AGIUS li kien protagonista f’dak kollu li wettaq matul l-2021 SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.