“Beirut fis-snin 80, Kabul fis-snin 90, jew wara l-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirakara fl-2022?”
Din kienet il-mistoqsija retorika li għamel id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, meta fuq Facebook, permezz ta’ ritratti, wera s-sitwazzjoni li hemm bħalissa wara l-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara.
Kien ħafna dawk li kkummentaw dwar din is-sitwazzjoni.. bin-nies juru id-diżappunt tagħhom li żona sabiħa spiċċat miżbla minħabba l-egotiżmu tal-ftit. Dan filwaqt li kienu ħafna l-persuni li appellaw lill-Kunsill Lokali biex mhux biss jieħu azzjoni, imma biex ma jħallix dan jerġa’ jsir. Dan għaliex ma jistgħux jifhmu kif iż-żona ta’ wara l-Knisja kellha tispiċċa f’dan l-istat.
Fuq il-post tiegħu, Adrian Delia, appella biex din is-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruġha, u ġibed l-attenzjoni ta’ diversi individwi u entitajiet li mill-bidu kellhom jilqgħu għal dan id-diżastru, inkluż lill-Ministru Aaron Farrugia u lill-Ministru Miriam Dalli, b’din tal-aħħar issa tokkupa l-portafoll tal-Ambjent.