Żagħżugħ ta’ 21 sena, resident San Pawl il-Baħar, wieġeb ħati quddiema il-Magistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li importa aktar minn 80 gramma kannabis.
Patryk Maciej Przygoda, tressaq quddiem il-Qorti għall-ħabta tan-12.30pm, bil-prosekuzzjoni imexxija mill-Ispettur George Frendo.
l-Ispettur Frendo stqarr quddiem il-Qorti li ‘persuna’ kienet avviċinat lill-Pulizija tal-Komunita b’pakkett indirizzat lill-imputat, li wassal lill-Pulizija biex tniedi tfittxija fl-apartament tal-Przygoda.
Kienet waqt din it-tfittxija fejn il-Pulizija sabu diversi tagħmir li huwa relatat mad-droga.
Il-Qorti sabet lil Patryk Maciej Przygoda ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u ordnatlu biex jħallas multa ta’ €1000.
//= $special ?>