Lokali

L-għoli tal-ħajja qed taffetwa l-prezz tal-mediċini

Meta nirriflettu dwar l-għoli tal-ħajja, l-ewwel ħaġa li ħafna persuni tiġihom f’moħħom hija ż-żieda fuq prodotti bażiċi, b’mod partikolari l-ikel.

Madankollu għal diversi nies l-għoli tal-ħajja hija aktar minn hekk…għaliex minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa, prodotti bażiċi għalihom huma l-mediċini li għandhom bżonn, b’mod regolari, sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali.

Il-gazzetta l-‘Illum’ iffokat speċifikament fuq din il-problema, li qed tħalli diversi persuni mingħajr mediċini importanti.

L-editorjal tal-‘Illum’ jispjega kif diversi spiżeriji qed jirċievu emails, jinfurmawhom b’tibdil fil-prezz tal-mediċini li mhux iħallilhom għażla ħlief li jgħollu l-prezzijiet.

L-ispiżeriji rrapurtaw li fost l-aktar prodotti li għolew hemm il-pilloli li jikkumbattu kontra l-irjiħat, ġels bħal li jikkumbattu l-uġigħ fiżiku u mediċina li tintuża’ minn persuni li jbagħtu mill-ażma.

L-editur tal-Illum jispjega li minn naħa l-oħra, l-aktar prodotti fl-ispiżeriji li għoleq fil-prezz, huma is- sunblocks, is-sanitizers u l-vitamini. Dan minħabba l-fatt li dawn it-tip ta’ prodotti huma fost l-aktar imfittxija mill-konsumatur.

Intant, diversi spiżerija saħqu li pajjiżna għadu qed jirċievi kaxxi tal-mediċini mingħajr struzzjonijiet u informazzjoni bl-ingliż.

L-ispiżjara stqarru mal-‘Illum’ li dan sar diffiċċli immens wara Brexit, u jista’ jwassal għal problemi oħrajn, bħal użu ħażin tal-mediċini.

Tags