Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix f’Catalunya

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion ta’ RedBull Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix ta’ Catalunya biex kiseb ir-raba’ rebħa tal-istaġun. Il-leader attwali tal-Kampjonat Charles Leclerc kellu jirtira mill-Grand Prix wara problemi fil-magna fis-27 dawra. Fit-tieni post temm il-Messikan Sergio Perez segwit minn George Russell ta’ Mercedes fit-tielet post.

Fir-raba’ post daħal is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz, b’Lewis Hamilton itemm fil-ħames post. Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo spiċċa fis-sitt post segwit minn Esteban Ocon ta’ Alpine fis-seba’ post u Lando Norris ta’ McLaren fit-tmien post. Fernando Alonso daħal fid-disa’ post, b’Yuki Tsunoda u Sebastion Vettel jidħlu fl-għaxar u l-ħdax-il post rispettivament.

Daniel Ricciardo, Pierre Gasly u Mick Schumacher daħlu fit-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il post rispettivament, b’Lance Stroll u Nicholas Latifi jtemmu fis-sittax u s-sbatax-il post. Kevin Magnussen u Alex Albon temmew fl-aħħar żewġ postijiet, b’Guanyu Zhou ma jtemmx il-Grand Prix.