Futbol Sport

Milan jirbħu l-ewwel Scudetto tagħhom wara 11-il sena

(Ritratt: EPA)

Milan rebħu l-ewwel Scudetto tagħhom wara 11-il sena meta għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 3-0 fl-aħħar ġurnata tas-Serie A. Milan temmew il-kampjonat b’ 86 punt filwaqt li Inter temmew fit-tieni post b’84 punt. B’hekk Milan rebħu l-ewwel Scudetto sa mill-istaġun 2010/2011, biex b’hekk rebħu id-19-il Serie A fl-istorja tal-club.

Milan fetħu l-iskor fis-17-il minuta permezz ta’ Olivier Giroud, qabel fit-32 minuta reġa’ kien l-attakkant Franċiż li kkonkluda minn pass ta’ Rafael Leao. Biex erba’ minuti wara Leao għal darb oħra żmarka lil Franck Kessie li xeħet wara Andrea Consigli u prattikament assigura l-iScudetto għal Milan.

Minkejja rebħa li mmaturat fit- tieni taqsima, Inter kellhom jikkuntaw bit-tieni post fil-klassifika żewġ punti taħt Milan. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fid-49 minuta minn azzjoni ta’ Nicolo Barella kien IVAN PERISIC li għeleb lil Emil Audero. Inter komplew jiddettaw u meritatament fil-55 minuta minn pass ta Hakan Calhanoglu kien JOAQUIN CORREA li għamel l-iskor 2 – 0 . Bil-partita magħluqa u bir-riżultat tal-partita Sassuolo – Milan magħruf l-interess naqas l-aktar wara li fis-57 minuta wasal it-tielet gowl għall Inter mill-ġdid minn JOAQUIN CORREA.

Telfa umiljanti għal Salernitana li f’mument dehret li se tkun ritorn tat-tim fis-Serie B. Madankollu d-draw ta’ Cagliari kontra Venezia kien l-aktar fattur li ddetermina d-destin ta’Salernitana. Fis-7 minuta Udinese marru fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Iyenoma Destiny Udogie kien GERARD DEULOFEU li għeleb lil Vid Belec. Udinese komplew jiddominaw fejn fl-34 minuta irduppjaw permezz ta’ ILIJA NESTOROVSKI minn azzjoni ta’ Nahuel Molina. Fit-42 minuta l-iskor sar 3 – 0 b’ gowl ta’ IYENOMA DESTINY UDOGIE li mill-ġdid għeleb lil Belec. Fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud Udinese fallew wkoll penalty b’Vid Belec isalva f’corner ix-xutt ta’ Roberto Pereyra. Fis-57 minuta l-istess ROBERTO PEREYRA minn azzjoni ta’ Nestorovski kabbar l-iskor għal 4 – 0 f’partita bla storja.

Minkejja d-draw ta’ bla gowls barra minn darhom, Cagliari sfaw relegati għas-Serie B b’differenza ta’ punt taħt Salernitana li fl-istess waqt bit-telfa ta’ 4 – 0 kontra Udinese kienu f’riskju li jkunu huma li jisfaw relegati. Kontra Venezia, li kienu ġia relegati fis-Serie B, Cagliari naqsu li jieħdu punti massimi li kienu jgħatu xejra għal kollox differenti lil klassifika. It-tisfira finali ta’ Fabio Maresca kkundannat lil Cagliari fis-Serie B f’ġurnata meta kollox deher li seta’ jkun faċli li jsalvaw.

SERIE A

Ilbieraħ: Genoa v Bologna 0-1, Fiorentina v Juventus 2-0, Lazio v Verona 3-3, Atalanta v Empoli 0-1 Illum: Spezia v Napoli 0-3 Inter v Sampdoria 3-0 Sassuolo v Milan 0-3 Salernitana v Udinese 0-4, Venezia v Cagliari 0-0