Lokali Turiżmu

X’qed ikun imbassar għax-xhur li ġejjin?

Inflazzjoni li qed tolqot lit-turist, li se tkun qed taffetwa l-prezzijiet kemm ta’ dawk li se jkunu qed jospitaw, filwaqt li wkoll kemm it-turist jista’ jonfoq.

Din kienet waħda mit-temi diskussi flimkien mal-Viċi President tac-Chamber tal-SMEs Philip Fenech tul intervista fil-programm Net Live minn Robert Cremona, fejn anki ta ħarsa lejn kif id-dinja tad-divertiment qed tkun affetwata anki minħabba l-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.

Huwa qal li tant kemm kien hemm postijiet f’lockdown, il-flus ma ntefqux, imma dak li qed jassumu, hu li l-inflazzjoni se tolqotna aktar wara s-sajf.

Philip Fenech tenna li kollox jaħdem bħala katina, u li l-industrija tad-divertiment tkun qed tgħin ukoll lil numru ta’ setturi oħra.

Huwa qal li jeħtieġ li s-servizz li nagħtu jkun dejjem ta’ kwalità u li b’hekk t-turist dejjem ikun attirat lejn Malta.