Lokali Parlament

Appell biex jissaħħu l-proċeduri eżistenti u ma jinħolqux sistemi amministrattivi oħra

Joe Giglio, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio appella fil-parlament biex jissaħħu l-proċeduri eżistenti u ma jinħolqux sistemi amministrattivi ġodda li jistgħu joħolqu burkorazij fil-kuntest ta’ persuni munuri li jiġu Malta bla permess u ta’ persuni li jiġu Malta bla visa.

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li l-immigrazzjoni għandha rilevanza u importanza fil-pajjiż u sostna li din hi waħda mill-metodi kif is-suq tax-xogħol qed jimtela’ fejn ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema Maltin.

Hu kompla li hawn influss qawwi ta’ nies barranin li jiġu f’Malta propju minħabba li hemm diffikultà li jinstabu ħaddiema Maltin. Din hi realtà ġdida li trid tkun indirizzata u mifumha waqt li jitħejjew pjani fuq l-effetti li din ikollha fuq is-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din ir-realtà mhijiex indirizzata biżżejjed fil-pajjiż. Realtà oħra li dik ta’ peruni li jiġu Malta biex ifittxu ħajja aħjar fl-Ewropa.

Dik ir-realtà iġġib ħafna obbligi u responsabbiltajiet fuq il-pajjiż. Realtà oħra hi dik tal-Ukrajina u l-invażjoni Russja fejn hu antiċipat li se jkun hawn nies li jkunu ġejjin minn dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli biex jieħdu status varji.

Joe Gilgio qal li dan l-abbozz jipproponi li jkun appuntat gwardjan temporanju fil-kuntest tal-minuri li jidħlu f’Malta u dwar persuni li jiġu bl-ajru iżda ma jingħatawx visa biex jidħlu f’Malta. Hu kompla li l-iskopijiet imniżżla fl-abbozz ma jirriflettu fit-totalità dak li l-liġi qed tindirizza għax il-liġi ma tindirizza biss meta persuna tiġi Malta bla visa iżda tiffoka wkoll il-kunċett differenti dwar il-minuri li jiġu Malta bla permess.

Id-deputat Nazzjonalisti kompla li l-att qed jipproponi li fil-kuntest ta’ persuni aktarx minuri ta’ inqas minn 18-il sena li jkunu maħsub li għandha bżonn l-għajnuna jew kura, il-Kap Eżekuttiv tal-AWAS għandu jinnomina gwardjan temporanju għall-istess persuna.

Dan jibqa’ jaqdi l-funzjoni tiegħu sakemm il-minuri jkunu determinat li m’għadux minuri jew meta jkun appuntat gwardjan skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri.

Joe Giglio qal li d-Direttur għall-Protezzjoni għat-Tfal għandu l-fakultà li meta jirċievi xi rapporti dwar minuri mhux akkumpanjati jista’ jniedi proċess biex il-minuri jitpoġġa taħt kura. Il-Qorti għandha dritt li jafda lill-munuri f’idejn entitità responsabbli. Jeħtieġ li l-Gwardjan Temporanju jkollu l-istatus tiegħu mifhum sew.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi tispeċifika li dan il-gwardjan jkun nominat mis-CEO tal-AWAS u staqsa x’inhu l-iskop wara dan. Mhux speċifikat min fejn se jingħażel dan il-gwardjan, lil min jirrispondi, min se jingħażlu u fuq liema diskrezzjoni se jingħażlu.

Joe Giglio appella biex ma jkunx hemm burokrazija u sostna li fil-kuntest tal-persuni li jiġu Malta bla visa, il-probabbiltà hi li dawn ikunu ġejjin minn barra l-UE.

Dawn se jinżammu f’diversi postijiet jekk ma jkunx possibbli li l-persuni jkunu ritornati fuq l-istess titjira li jkunu ġew biha jew fl-ewwel titjira disponibbli. M’hemm l-ebda salvagwardji għal dawn il-persuni u dawn fil-fatt jinżammu f’xi ċella. Il-liġi ma tipprovdix biex dawn il-persuni jagħmlu kuntatt mal-familji jew ma’ persuni mill-ambaxxati jew konsulat ta’ pajjiżhom.

Hu sellem u faħħar il-ħidma tal-FAM, tal-NGOs u ta’ dawk li jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni u sostna li d-dinjità ta’ kulħadd għandha tkun rispettata waqt li l-pajjiż għandu jirrispetta s-sovranità u l-ibħra tiegħu skont il-konvenzjonijiet internazzjonali.