Futbol Sport

“Dan il-club għandu storja kbira, irrid nibni futur isbaħ” – Erik ten Hag

Il-coach il-ġdid ta’ Man Utd Erik Ten Hag qal li l-club ta’ Man Utd għandu storja kbira iżda jrid jibni futur isbaħ għall-club. Fl-ewwel kummenti tiegħu lil media Ingliża ten Hag qal li huwa ta’ unur li jmexxi club bħal Man Utd filwaqt li qal li m’huwiex se jitfa’ r-reputazzjoni tiegħu f’riskju.

L-Olandiż se huwa l-ħames kowċ li nħatar fit-tmexxija ta’ Man Utd sa minn meta rtira Sir Alex Ferguson fl-2013. Ten Hag qal ukoll li Cristiano Ronaldo se jkun qed jibqa’ mal-club fejn qed jistenna aktar gowls mill-attakkant Portugiż, l-istaġun li ġej. L-istaġun li ġej Man Utd se jkunu qed jilagħbu fl-Europa League wara li temmew fis-sitt post fil-klassifika tal-Premier League, bi 58 punt.