Stennija għall-verdett fl-ewwel ġuri tal-gwerra li qed isir fl-Ukrajna.
Dan wara li s-suldat Russu Vadim Shishimarin, li ghandu 21 sena, wieġeb ħati li qatel persuna ċivili illi ma kienx armat…qtil li sehh ftit jiem biss wara li bdiet l-invażjoni.
Il-prosekuturi qed jgħidu li Shishimarin kien qed imexxi unità armata meta huma ġew attakkati
Aktar tard, dan is-suldat …flimkien ma’ erba’ suldati oħra… serqu karozza; u kien f’dan il-punt meta iltaqgħu mar-raġel ta’ 62 sena, illi kien fuq rota
Skond il-prosekuturi, Shishimarin ġie ordnat joqtol lil dan ir-raġel.
Is-suldat qed jaffaċċja sentenza ta’ għomor il-ħabs.
S’issa, l-Ukrajna identifikat aktar minn 10,000 delitt tal-gwerra possibbilment mwettqa mir-Russja.
//= $special ?>