Lokali

”Il-kuraġġ u d-determinazzjoni jibqgħu l-arma ta’ dawk li jridu s-sewwa”

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar għeluq it-tletin sena mill-assassinju tal-Maġistrat Giovanni Falcone.

Huwa stqarr li “Il-kuraġġ u s-sens ta’ dover xprunawh biex qatt ma jaqta’ qalbu fil-missjoni favur is-sewwa.”

Bernard Grech temm jgħid “Il-qtil huwa l-arma ta’ dawk li jibżgħu mil-liġi. Il-kuraġġ u d-determinazzjoni jibqgħu l-arma ta’ dawk li jridu s-sewwa.”