Lokali Saħħa

L-ISKANDLU TA’ STEWARD: Jinsistu li “il-Gvern falla għax kaxkar saqajh”

Stqarrija diretta minn Steward Healthcare li mhi xejn għajr ċamata għall-Ministru Fearne u l-Gvern ta’ Robert Abela. Bil-kumpanija tikkonferma li t-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat fallew tort tal-Gvern, għaliex il-Gvern kaxkar saqajh fin-negozjati dwar dan il-kuntratt “difettuż”.

Fi stqarrija, il-kumpanija tirribatti d-diskors li qal Fearne fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet.

Steward tfakkar fid-difetti li għandu l-kuntratt tal-isptarijiet illi sar oriġinarjament ma’ Steward, u li għalih qed noħorġu l-miljuni. Huma jgħidu li l-kuntratt tal-isptarijiet “mhuwiex vijabbli” u kien difettuż sa mill-bidu nett.

L-istqarrija maħruġa illum tikxef il-kontradizzjonijiet li spikkaw fid-diskors li għamel Chris Fearne fil-Parlament.

Il-kumpanija tant użat kliem iebes fil-konfront ta’ Fearne illi spiċċat iddur fuq il-Gvern u tinsisti li għandu jkun hu li jżomm mal-wegħdiet illi kien għamel magħhom.