Lokali Parlament

Liġi li ma tilħaqx l-iskop li jkunu protetti l-minuri li jiġu Malta weħidhom bla permess

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi li temenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni ma jilħaqx l-iskop li jkunu protetti l-minuri li jiġu Maltaweħidhom bla permess.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern mhux ċar dwar l-immigrazzjoni tant qed jitfixkel fl-ispjega dwar immigrazzjoni regolari fil-kuntest tax-xogħol u fl-isfond tal-mudell ekonomiku fejn il-gvern qed jimpjega 10,000 ħaddiem fis-sena. Dan mhux is-suġġett ta’din il-liġi.

Dan mhux lanqas il-mudell ekonomiku sostenibbli għal pajjiż żgħir bħal Malta, sostna Adrian Delia, li kompla li quddiem l-immigrazzjoni rregolari l-pożizzjoni tal-PN dejjem kienet li dawk li huma vulnerabbli u huma vittmi jkunu trattati bi ħniena, dawk li jkunu fi proċess naraw li l-pożizzjoni tagħhom tkunu tratttaa b’effiċjenza waqt li l-manipulaturi jkunu trattati b’id tal-ħadid.

Hu qal li din il-liġi titratta t-tfal u spjega li l-liġi fiha kontradizzjoni bejn il-ħarsien tal-minuri li qed ifittxu l-ażil u r-ritorn immedjat fuq l-ewwel ajruplan. Hu qal li dan ifisser li ma jsirx analiżi qabel il-proċess fuq it-tfal minuri u li dawn jintbagħtu lura fuq l-ewwel ajruplan.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gwardjan legali hu ewlieni fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-minuri. Hu qal li l-minuri wkoll imorru f’detenzjoni; iżda kif jista’ tifel ta’ seba’ snin jikser il-liġi meta mhux konxju tal-liġijiet?

Adrian Delia staqsa kif jista’ gwardjan legali jaċċetta li tifel żgħir imur f’detenzjoni meta dan ikun taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Din hi liġi fjakka u fqira li qed tikkomplika l-affarijiet flok ittejjibhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li m’hemmx raġuni għaliex jinħolqu sistemi ġodda meta diġà hemm persuni fil-liġi biex jipprovdi għal dawn il-garaziji. Jeħtieġ inkunu iktar effiċjenti flok noħolqu iktar burokraziji, sostna Adrian Delia, li enfażizza li l-liġi ma tiddifenixxix it-terminu gwardjan legali.