Lokali Parlament

M’għandhomx jinkisru d-drittijiet tat-tfal li jaslu Malta bla permess

Janice Chetcuti, PN

Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti appellat biex ma jinkisrux id-drittijiet tat-tfal li jaslu Malta bla permess. Għalhekk il-proċessi għandhom isiru b’mod m’għaġġel kemm jista’ jkun.

Fil-parlament Janice Chetcuti qalet li l-minuri li jaslu Malta mhux akkumpanjati għandhom ikomplu jingħataw il-protezzjoni meħtieġa u trattat il-poċeduri attwali meta dawn jaslu Malta. Hi kompliet li dan il-proċess għandu jkun wieħed spedit.

Sakemm dan il-proċess qed ikun finalizzat qed jgħaddu ġimgħat u xhur, sostniet id-deputat Nazzjonalista. Dawn it-tfal għandhom jiġu ngħatati gwardjan legali millewwel li jitmahhom tul iż-żmien sakemm jibqgħu minorenni.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandha tingħata importanza li l-proċess ikun mgħaġġel kemm jista’ jkun minħabba li dawn huma minorenni li għandhom bżonn l-attenzjoni memdjata. Għandu jkun indirizzat b’mod immedjat l-ammont ta’ każi pendenti li hemm minħabba li mhux ġust li dawn il-proċessi jdumu ġimgħat.

Janice Chetcuti spjegat li importanti ħafna li nkomplu nagħtu l-protezzjoni dovuta lill-minorenni kollha li jidħlu f’pajjiżna hekk kif diġa qed isir u allura bl-emendi l-ġodda li qed jipproponi l-Gvern dan ma jitwaqqafx permezz tal-emenda l-ġdida. Hi saħqet li Malta għandha tkompli tagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-minorenni li jaslu Malta.