Lokali

Repubblika tattendi għall-attività fit-30 anniversarju mill-assassinju ta’ Giovanni Falcone

Fuq stedina tal-Fondazione Giovanni Falcone, delegazzjoni ta’ Repubblika imexxija mill-President Robert Aquilina, mill-Viċi President Alessandra Dee Crespo u mill-membru tal-Kumitat Eżekuttiv Renato Camilleri, qed jieħdu sehem fl-attivitajiet li qed isiru f’dawn il-jiem f’Palermo fit-tletin anniversarju tal-assassinju tal-magistrat Giovanni Falcone, ta’ martu u ta’ l-istkorta tal-pulizija f’Capaci nhar it-23 ta’ Mejju 1992. 

Is-Sibt 21 ta’ Mejju 2022, id-delegazzjoni ta’ Repubblika ħadet sehem f’attivita’ tas-socjeta’ ċivili Taljana f’Capaci, fil-post li minnu Giovanni Brusca sploda l-bomba li provokat l-assassinju permezz ta’ remote control. Fuq il-post Robert Aquilina u rapreżentanti oħra tas-socjeta’ ċivili permezz taż-żebgħa mill-ġdid kitbu l-messaġġ NO MAFIA.
Il-Ħadd 22 ta’ Mejju d-delegazzjoni ta’ Repubblika ltaqgħat f’Palazzo delle Aquile mas-Sindku ta’ Palermo Leoluca Orlando, li hu magħruf għall-ġlieda tiegħu kontra l-mafia sa mis-snin tmenin. 

 Il-Ħadd filgħaxija Robert Aquilina ħa sehem f’diskussjoni pubblika organiżżata mill-NGO antimafa Libera f’Moltivolti li jinsab fil-quartiere ta’ Ballaro’ f’Palermo, u li għaliha kienu mistiedna jieħdu sehem ukoll rapreżentanti tas-soċjeta ċivili taljana, il-President tat-Tribunal ta’ Palermo Antonio Balsamo u l-President tal-Banca Etica Anna Fasano. Id-diskussjoni tmexxiet mill-ġurnalista tar-RAI 3 Davide Camarrone.

It-Tnejn 23 ta’ Mejju d-delegazzjoni ta’ Repubblika ħadet sehem fil-kommemorazzjoni tal-assasinju li saret fil-Foro Italico f’Palermo u li fiha ipparteċipaw il-President tar-Repubblika Taljana Sergio Mattarella u diversi perasonalitajiet oħra.