Futbol Sport

“Se nkunu qed naħdmu fuq it-tattika u l-moral tal-players” – Devis Mangia

(Ritratt: Malta FA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia saħaq li fil-preparamenti tagħhom għal-logħob ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp D tan-Nations League flimkien mal-istaff tiegħu se jkunu qed jaħdmu fuq it-tattika u l-moral tal-players. Mangia stqarr li l-players ma jinsabux fl-aħjar kundizzjoni fiżika u għalhekk se jkun qed ifittxu mod ieħor kif jirnexxu fil-partiti ta’ Ġunju. Mangia qal ukoll li din hija l-ewwel darba li t-tim se jilgħab tliet logħbiet kompettitivi fi spazju ta’ ftit jiem, kif ukoll il-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Venezuela.

Flimkien mal-iskwadra ingħaqdu Teddy Teuma u James Brown, bl-iskwadra finali titħabbar aktar tard. Malta se tkun qed tilgħab loghba ta’ hbiberija kontra l-Venezuela fl-1 ta’ Gunju u wara loghbiet ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp D tan-Nations league kontra San Marino (5 ta’ Ġunju) – away), u kontra l -Estonia u San Marino (fid-9 u t-12 ta Gunju f’Ta’ Qali).