Għal 15-il xahar konsekuttiv, l-inflazzjoni kompliet tispara ‘l fuq. Dan jikkonfermawh iċ-ċifri maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Skont l-NSO, l-akbar impatt fuq l-għoli tal-ħajja huwa riżultat tal-prezz tal-ikel.
F’April, ir-rata tal-inflazzjoni kienet fil-livell ta’ 5.67 fil-mija.
Il-grafika innifisha ppubblikata mill-NSO turi li din ix-xejra ta’ żieda fil-prezzijiet ilha għaddejja minn ferm qabel ma faqqgħet il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa. Tant li ż-żidiet kbar fil-prezzijiet ilhom jinħassu minn Frar tas-sena l-oħra.
//= $special ?>