Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: Tmut persuna, 92 każ ġdid

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta, persuna oħra mietet bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi issa tela’ għal 719.

Fl-aħħar sigħat instabu 92 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt fiequ 158 persuna oħra. In-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,692.

Intant it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni.