Lokali Parlament

Ebda pjan mill-Gvern biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana kkonferma fil-parlament li l-Gvern m’għandux pjan li jnaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb minabba ż-żidiet li dawn qed jiffaċċjaw.

Il-Ministru Caruana kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia li staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol jistax jindika hemmx ħsieb biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jagħti spinta u nifs minħabba ż-żieda fl-ispejjeż lil bosta sidien u ħaddiema.

Il-Ministru Caruana wieġeb li m’hemm l-ebda ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT.

Din il-proposta, li l-Gvern qed jirrifjuta li jwettaq kienet waħda mill-proposti tal-PN fil-programm elettorali fl-aħħar elezzjoni ġenerali.