Sport Sport Ieħor

Frans Mintoff jirbaħ il-Kampjonat tal-Masters tas-Snooker

Fiċ-Ċentru tal-Akkademja tal-Malta Billiards and Snooker Association fil-Ħamrun , finali tal-Kampjonat Masters tas-Snooker fuq l-aħjar minn disa’ frames. F’finali mill-isbaħ ikkontrollata minn Ivan Attard, Frans Mintoff għeleb lil Arthur Cachia 5 frames għal 4 Arthur Cachia ddomina l-ewwel żewġ frames li rebaħ 76 – 45 u 71 – 46 . Reazzjoni minn Frans Mintoff li għamel l-iskor 2 – 2 wara li rebaħ it-tielet u raba’ frame 64 – 30 u 60 – 30. Cachia mill-ġdid fil-vantaġġ wara li rebaħ il-ħames frame 57 – 38. L-iskor sar 3 – 3 bis-sitt frame mirbuħ minn Mintoff 58 – 16. Cachia irrisponda billi rebaħ il-frame ta’ wara 64 – 28 bil-partita tmur għall-aħħar frame mirbuħ minn Frans Mintoff 51 – 50 black to win. Fi tmiem il-finali Frans Mintoff kien ippreżentat bit-trofew ġdid tal-Kampjonat minn Ivan Brincat President tal-Malta Billiards and Snooker Association.