Lokali Parlament

Il-femiċidju; u-turn politika oħra Laburista; il-PL kien kontra

ll-Gvern Laburista bħalissa qed iwettaq u-turn politika oħra meta fil-parlament qed iressaq liġi dwar il-femiċidju għall-fatt li oriġinarjament il-Gvern Laburista permezz tal-Ministru tal-Ġustizzja kien iddikjara li kien kontra l-femiċidju jkun dikjarat reat.

Kien l-ex Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li f’Jannar 2022 kien iddikjara li ma kienx possibbli li l-femiċidu jsir reat għaliex il-liġi kriminali kienet diġà taħseb biex tagħti l-piena massima ta’ ħabs fil-konfront ta’ qtil; dik ta’ għomor il-ħabs. Din id-dikjarazzjoni kienet saret propju f-isfond tal-qtil tal-Pollakka Paulina Dembska li kienet inqatlet f’Tas-Sliema fit-2 ta’ Jannar 2020 fi Ġnien l-Indipendenza.

Id-dikjarazzjoni ta’ Zammit Lewis dak iż-żmien kienet sabet l-appoġġ tad-deputati Laburisti; deputati li issa qed jagħmel u-turn oħra politika.

Kien fil-fatt il-PN li nsista li l-pajjiz għandu jikkunsidra li jdaħħal il-femiċidju bħala reat.

Fil-parlament bħalissa d-deputati Laburisti qed jagħmlu attentat biex jipprovaw idawru l-fatt li oriġinarjament huma kienu kontra din l-istess liġi li issa qed iressqu.