Internazzjonali

“Il-Gwerra fl-Ukrajna hija gwerra tad-dinja kollha” – Joe Biden

Il-Gwerra tal-Ukrajna hija gwerra dinjija. Hekk sostna l-President tal-Istati Uniti Joe Biden b’messaġġ li għadda f’Tokjo f’laqgħa li kellu mal-mexxejja tal-Ġappun, l-Awstralja u l-Indja.

Il-mexxejja ltqagħu biex jitkellmu dwar is-sitwazzjon fil-Lvant tal-Ewropa u kif ukoll it-tħassib tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-Ekonomija Dinjija.

Intant qed tkompli l-ħidma biex fl-Ukrjana ma jkunx hemm nuqqas ta’ ikel u ilma. F’analizi li saret, intqal li n-nuqqas fil-provvista tal-aktar affarjiet bażiċi jaf isarraf f’aktar imwiet ta’ persuni innoċenti fl-Ukrajna. Sar appell biex id-dinja tgħin lill-Ukrajna b’kull metodu li tista’ biex tnaqqas l-imwiet taċ-ċivili Ukreni.