Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Kummenti dwar alleanza akbar tar-Russja maċ-Ċina

Sergei Lavrov, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, qal li l-Kremlin ta’ Moska qed jippjana biex jiżviluppa rabtiet eqreb maċ-Ċina ‘fin-nuqqas ta’ kwalunkwe appoġġ min-naħa tal-Punent’.

Lavrov akkuża lill-Istati tal-Punent dwar ‘firxa ta’ politika ostili’ kontra r-Russja li fissirha bħala “Russiaphobia”, filwaqt li saħaq li pajjiżu, minn issa, se jiddependi biss ‘fuqu innifsu u fuq pajjiżi oħrajn li wrew ruħhom bħala alleati li Moska tista’ torbot fuqhom’.

Iċ-Ċina sallum baqgħet attenta li fl-ebda ħin ma tidher li qed tagħti ‘appoġġ dirett u b’mod ovvju’ lir-Russja biex il-Kremlin iwettaq l-azzjonijiet militari aktar effettivi fiz-zoni tal-Ukrajna