Luttu fir-raħal tax-Xagħra f’Għawdex hekk kif tilef ħajtu Benny Xerri, is-sewwieq tal-mutur li ġimgħa ilu kien involut f’ħabta ma’ vettura fi Triq it-Tessuti fix-Xewkija.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel ta’ 63 sena tilef ħajtu t-Tnejn filgħaxija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Benny Xerri kien residenti x-Xagħra u nies li tkellmu ma’ Net News iddeskrivewh bħala ġentlom, raġel tal-affari tiegħu, u dejjem lest li jgħin lil kulħadd.
L-inċident fatali kien seħħ wara ħabta bejn il-mutur, u vettura misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti f’Ta’ Sannat. Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
//= $special ?>