Lokali Parlament

Is-suċċess fl-edukazzjoni ma jiddependix biss mill-istatistika

Justin Schembri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri sostna fl-Aġġornament tal-parlament li s-suċċess fl-edukazzjoni ma jiddependix biss mill-istatistika.

Justin Schembri qal li r-rata ta’ 11% ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola timmerita kunsiderazzjoni għalkemm hi pożittiva. Jidher li Malta qed tinqala’ mill-aħħar postijiet komparati mal-pajjiżi tal-UE iżda dan ma jfissirx li Malta qed isoslvi l-problemi fl-edukazzjoni għaliex din ma tiddependix biss mill-istatistika.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jirriżulta li m’hawnx biżżejjed żgħażagħ preparati għad-dinja tax-xogħol u tratta l-fatt li hawn żgħażagħ li jkollhom biss livell ta’ ċertifikat bażiku fejn ikunu neqsin min kompetenzi bażiċi.

Jeħtieġ li l-pajjiż jagħraf li hawn problema fin-nuqqas ta’ edukaturi fejn fl-aħħar snin numru kbir ta’ edukati irriżenjaw minħabba li ma kinux sodisfatti biżżejjed għall-mod kif huma trattati jew għall-mod kif l-edukazzjoni miexja ‘l quddiem.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex immedjatament tkunu diskussa l-possibbiltà li l-edukaturi jingħataw is-salarji li jixirqilhom skont ix-xogħol kbir li huma jagħmlu. Iridu jkunu kkusnidrati wkoll il-problemi li qed isibu l-amministraturi fl-iskejjel biex jgħinu lit-tfal fit-tagħlim.

Hu kkritika l-fatt li kollox jitkejjel skont il-marki fl-eżamijiet u sostna li l-assessjar kontinwu qed jagħti riżultat u għalhekk l-eżamijiet fis-sitt sena ma jkunu qed jagħmlu l-ebda differenza; ħlief għall-paraguni bejn l-istudenti.

Justin Schembri rrifera għall-attakki fuq l-għalliema u l-każi ta’ bullying fuq diversi student u sostna li m’hu qed isir xejn b’mod konkret biex dawn il-każi ma jseħħux.

Jeħtieġ ambjent inklussiv biex it-tfal jirnexxu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li jidher li l-Ministru tal-Edukazzjoni qed jiltaqa’ mal-kapijiet tal-iskejjel biex jisma’ l-ilmenti tagħhom; jeħtieġ azzjoni mmedjata għaliex l-infrastruttura fil-maġġoranza tal-iskejjel mhix adatta għal dan iż-żmienijiet. Problema li hemm fl-assessjar mhux se tkun solvuta iżda se tkun posposta għal Settembru, sostna Justin Schembri.