Sport Sport Ieħor

Jan Hirt jirbaħ is-16-il stadju, b’Richard Carapaz jibqa’ fuq quddiem

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista mir-Repubblika Ċeka Jan Hirt rebaħ is-16-il stadju tal-Giro d’Italia meta temm fl-ewwel post fl-istadju li sar bejn Sala u Aprica fuq distanza ta’ 202km, b’dan l-istadju jkun ikkunsidrat bħala wieħed mill-aktar diffiċli.

Hirt temm seba’ sekondi qabel iċ-ċiklista ta’ Team DSM Thymen Arensman. L-Awstraljan Jai Hindley temm fit-tielet post fejn flimkien mal-grupp tiegħu daħal Richard Carapaz. It-tielet post għal Hindley fisser li resaq eqred Carapaz li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali.

Fi tmiem dan l-istadju Carapaz qal li dan kien stadju diffiċli u kien kburi li rnexxielu jtemmu. Is-17-il stadju tal-Giro d’Italia jkompli mal-jum tal-Erbgħa fuq distanza ta’ 168km bejn Ponte di Legno sa Lavarone, bil-Giro d’Italia jintemm fid-29 ta’ Mejju f’Verona.