Lokali Parlament

Jeħtieġ governanza li tiggarantixxi ordni u effettività fl-immigrazzjoni

Stanley Zammit, PN

id-deputat nazzjonalista Stanley Zammti qal fil-parlament li jeħtieġ governanza li tiggarantixxi ordni u effettività fl-immigrazzjoni

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit tkellem dwar ir-realtà tal-immigrazzjoni fil-pajjiż u qal li t-tfal Maltin qed jiltaqgħu kuljum ma’ barranin fl-iskejjel. Hekk isir ukoll fis-settur tax-xogħol, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li dan hu proċess li jeffettwa l-kwalità tal-ħajja kemm tal-Maltin kif ukoll tal-immigranti.

Stanley Zammit kompla li l-governanza għandha tistabilixxi ordni u effettività waqt li jinsab bilanċ bejn l-interessi varji tal-partijiet kollha effettwati. Hu sostna li dawn il-proċess jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ kulaħd dinklu l-UE, il-gvern, il-media, l-entitajiet u awtoritajiet.

Stanley Zammit qal li aktar kemm ikun hemm interazzjoni u kooperazzjoni interpersonali iktar ikun hemm effetti pożittivi. Hu semma’ r-realtaijiet ta’ diversi lokalitajiet f’Malta fejn hemm ċentri miftuħa u qal li ftit li xejn sar biex titnaqqas il-biża’ fost ir-residenti tal-lokalitajiet milquta.

Stanley Zammit tkellem dwar il-pjan tal-UE dwar l-inklużjoni u sostna li din tiddependi mil-azzjoni fil-bidu tal-proċess kif ukoll fl-impenn fit-tul. Hu saħaq fuq l-importanza tal-leġislazzjoni tal-UE u kif dawn jimpattaw il-pajjiżi.

Jeħtieġ attenzjoni fuq diversi aspetti dar kemm jifilħu l-lokalitajiet Maltin. Hu tkellem fuq l-importanza tal-konsultazzjoni fl-aktar stadji kmieni tal-proċess.

Persuni vulnerabbli m’għandhomx isibu ruħhom f’pożizzjoni li jinqabdu minn persuni bla skupli; dan iwassal għal żieda fil-konflitti. Il-komunitajiet li qed jilqgħu lill-immigranti għandhom jingħataw kull appoġġ biex jitgħallmu kif dawn jilqgħu lill-immigranti. Il-kunsilli għandhom ikunu mgħejjuna jfasslu inizjattivi simili waqt li l-lokalitajiet ikunu effettivi f’dan il-proċess.

Jeħtieġ sforz ikbar ta’ governanza dwar l-immigrazzjoni, sostna Stanley Zammit.