Lokali Parlament

Jeħtieġ passi mmedjati dwar l-abbużi fil-massage parlours

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fl-Aġġornamnet tal-parlament li jeħtieġ passi mmedjati dwar l-abbużi fil-massage parlours.

Graziella Attard Previ qalet li kien ilu stabbilit li l-massage parlours kienu qed jintużaw għal attivitajiet sesswali b’konsegwenza ta’ tixrid ta’ mard sesswali.

Dawn huma postjiet fejn in-nisa qed jiġu abbużati għall-prostituzzjoni; hawn madwar 200 parlour li joffru dawn is-servizzi. Hawn parlours tal-massaġġi daqs kemm hawn ħwienet tal-pastizzi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet għaliex anki wara kważi fil-qrati għadu ma sar xejn. Il-pajjiż issa hu mimli parlours, uħud minnhom viċin xulxin.

Hi qalet li l-isfruttament tan-nisa għal skopijiet ta’ prostituzzjoni hu reat; għaliex qed jitħallew nisa barranin li jkunu sfruttati? Jeħtieġ li dawn il-parlours ikunu regolati.

Graziella Attard Previ qalet li mhux jittieħdu passi biex ikunu kontrollati dawn l-abbużi u trattat l-aspetti ta’ indafa u servizzi mogħtija f’dawn il-postijiet li qed iservu bħala ċentri ta’ prostituzzjoni.

Il-GU Clinic qed tagħmel xogħol kbir iżda r-rata tal-mard qed tiżdied u jirriżulta li l-mard qed jinfiriex minn dawn il-parlours. Il-Gvern irid jillegalizza l-protituzzjoni minkejja r-reżistenza tas-soċjetà? Il-prostitutuzzjoni hi abbuż fejn il-ġisem tal-bniedem jinbiegħ għall-flus; il-gvern għandu jikkriminalizza lil min jagħmel ħsara lil ħaddieħor, sostniet Graziella Attard Previ.