Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka eliminata mir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

F’Roland Garros fl-Open ta’ Franza waslet l-ewwel sorpriża bl-eliminazzjoni mill-ewwel rawnd tal-eks numru 1 – Naomi Osaka tal-Ġappun. Ironikament l-eliminazzjoni ta’ Osaka waslet sena wara l-kontroversja li l-istess plejer kienet ħolqot f’dik l-edizzjoni.

Osaka , erba’ darbiet rebbieħa tal-Grand Slam sfat eliminata minn Amanda Anisimova seed numru 27 fil-kompetizzjoni. Anisimova rebħet 7 – 5 ; 6 – 4. Iga Swiatek tal-Polonja kisbet id-29 rebħa konsekuttiva tagħha meta f’54 minuta għelbet lil Lesia Tsurenko tal-Belarus f’żewġ sets 6 – 2 ; 6 – 0 . Swiatek ilha mhux megħluba minn Frar 2022 fejn tinsab viċin li tilħaq ir-record ta’ Serena Williams b’34 rebħa konsekuttiva fl-2013.

Intant Daniil Medvedev irnexxielu javvanza għar-rawnd li jmiss wara li għeleb lil Facundo Bagnis 6-2 6-2 6-2. Minn naħa l-oħra, Denis Shapovalov kien eliminat minn miż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Holger Rune.