Traġedja oħra fl-Istati Uniti, wara li 19-il student li għandhom bejn seba’ u 10 snin flimkien ma’ żewġ għalliema tilfu ħajjithom waqt sparatura fi skola f’Texas
L-aggressur, Salvador Ramos, illi kellu 18-il sena … fetaħ in-nar qabel ma nqatel minn uffiċjal tal-Pulizija.
L-investigaturi qed jgħidu li ż-żagħżugħ kien armat b’pistola semi-awtomatika tat-tip AR-15 – pistola li xtara propju malli għalaq 18-il sena.
Iż-żagħżugħ huwa suspettat li spara lin-nanna tiegħu qabel beda l-attakk fuq l-iskola Primarja. Dan filwaqt li rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li l-ġuvni seta’ kien jattendi skola sekondarja fiż-żona.
Intqal li l-isparatura bdiet fil-11:30 ta’ filgħodu ħin lokali, u li l-investigaturi jemmnu li l-aggressur kien waħdu matul dan ir-reat faħxi.
//= $special ?>