Lokali Qorti

Bennej jinżamm arrestat fuq allegat avvanzi sesswali

Bennej ta’ 52 sena minn Ħaż-Żebbuġ ma ngħatax il-pleġġ wara li ġie mixli li kkommetta avvanzi sesswali fuq mara ta’ 32 sena, li hija l-ħabiba tiegħu. Ir-raġel li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Maġistrat Yana Micallaf Stafrace minħabba l-biża ta’ intraċċ tal-provi.

Il-każ instema’ bil-magħluq bil-media titħalla tibqa’ fl-awla bil-kundizzjoni li ma tiżvelax l-ismijiet tal-akkużat u l-allegata vittma. Fil-Qorti ħareġ li l-allegat reat seħħ nhar is-Sibt li għadda wara nofs inhar f’Baħar iċ-Ċagħaq. Akkuża oħra tgħid ukoll li reat simili seħħ f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-prosekuzzjoni immexxija mill-Ispettur Rodrick Attard ikkonfermat li allegatament ir-raġel mess il-partijiet intimi tal-mara minn fuq il-ħwejjeġ. Huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv b’sentenza mogħtija ftit anqas minn tliet snin ilu. L-Avukat Edward Gatt li deher għall-allegata vittma, li kienet fl-awla qal li l-klijenta tiegħu tħossha tterroriżata mill-akkużat. Huwa qal dan fid-dawl tat-talba mid-difiża għall-pleġġ.

Gatt qal li fil-massimu tiegħu jekk jinstab ħati jista’ jiġu kundannat seba’ snin ħabs. Tenna li għad baqa’  numrui ta’ persunu li huma xhieda viċin tal-imputat, fosthom il-parnter tal-akkużat u l-ħabib taż-żewġ partijiet u anke missier il-vittma.

Gatt qal li għalhekk jeżisti riskju enormi ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Huwa qal minkejja li l-kondotta mhijiex waħda gravi, kien instab ħati fuq vjolenza, fejn kien ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin . Fuq mistoqsija tad-difiża l-prosekuzzjoni qalet li l-allegazzjoni ġiet irrapportata fl-uffiċċju tal-Ispettur Rodrick Agius. Huwa qal li kellem lill-vittma fejn għamlet dikjarazzjoni bil-miktub ta’ żewġ faċċati.

L-akkużat beda jitriegħed fl-Għassa tal-Pulizija u ammetta

Wara nofs inhar l-Ispettur kellem lill-akkużat, meta bagħat għalih biex imur l-għassa u dan biex jisma’ ż-żewġ verżjonijiet. Qal li dan beda jitriegħed u li ‘body language’ ma kienx sew u qabad jibki. Tenna li tah id-dritt silenzju u biex jikkonsulta ma’ avukat. “Dak il-ħin baxxa rasu u qalli iva għamilt ħażin, ma ridtx inkun vjolenti, ma kkommettejtx stupru jew għamilt xi affarijiet oħra”, qal l-Ispettur. Wara talab għall-assistenza u meta mar l-Avukat Mercieca ma weġibx għall-mistoqsijiet li sarulu minnu.

L-Avukat Mercieca qal li l-klijent tiegħu ma wettaq vjolenza u dan huwa fatt. Hawn il-prosekuzzjoni u l-parte civile qalu li l-kelma vjolenza tista tkun ħafna, tista’ tkun mhux biss fiżika imma wkoll mentali. L-Avukat qal ukoll li l-għada li seħħ il-każ f’ Baħar Ċagħaq l-allegata vittma reġgħet iffrekwentat lill-akkużat. Sostna, kif ikkonfermat il-prosekuzzjoni li l-allegat inċident seħħ f’karozza. Mercieca staqsa jekk seħħ f’karozza kif jista’ jkun hemm xhieda li raw stat ta’ fatt?

Mericeca qal ukoll li l-mara tgħix villaġġi l-bogħod mill-akkużat u li ma hemm  l-ebda prova li l-imputat se jintraċċa l-provi. Lest li joqgħod għall-kundizzjonijiet kollha fosthom li ma jersaqx lejn Baħar iċ-Ċagħaq u lanqas il-Mosta, fejn toqgħod il-mara. Qal ukoll li jekk jinżamm arrestat ir-raġel se jipperikola xogħolu.

Mercieca qal ukoll li l-akkużat għandu CCTV footage ta’ meta l-vittma marret fir-residenza tiegħu għax riedet titla’ fuq.. Hawn il-Maġistrat qalet lid-difiża li hi għamlet tliet snin bħala Chairperson fuq il-vjolenza domestika u għaldaqstant ċertu kummenti li qed isiru mhumiex ta’ relevanza għal dan il-każ.

Mercieca qal li r- rapport sar tliet ijiem wara, u reġa’ tenna li dawn l-għada kienu ltaqgħu. Tenna li jekk wieħed iħares lejn il-kondotta tal-akkużat jifhem li huwa jobdi l-ordnijiet tal-Qorti kif gamel meta kien fuq ordni ta’ protrezzjoni. Għall-akkużat deheru l-avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Ana Thomas. L-Avukat Edward Gatt deher għan-nom tal-allegata vittma.