Qabel il-finali tal-UEFA Conference League kienu rrapurtati diversi inċidenti bejn il-partitarji ta’ Roma u Feyenoord, b’diversi persuni feruti fosthom pulizija. Madwar 19-il pulizija kienu feruti fl-Albanija qabel il-finali f’Tirana. Fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu kienu deportati aktar minn 80 hooligan wara l-inċidenti li seħħew fejn kienu feruti l-pulizija, b’wieħed minnhom ikun ferut b’sikkina. Il-finali tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League se tintlagħab fl-Arena Kombetare f’Tirana.
//= $special ?>